23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/68
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Sluiter vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
(Kawża F-34/09) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Kuntratt għal perijodu indeterminat - L-Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża)
2010/C 288/126
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Rudolf Sluiter (Hillegom, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment irrappreżentat minn P. de Casparis, avukat, sussegwentement minn W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)
Suġġett tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti dwar l-impossibbiltà li jkun offert impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Id-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li biha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) irrifjuta li jagħti kuntratt għal perijodu indeterminat lil R. Sluiter hija annullata.
(2)
L-Europol huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 167, 18.07.2009, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy