23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/69
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta' Ġunju 2010 — Armitage-Wilson vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
(Kawża F-36/09) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal ta’ Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Kuntratt għal perijodu indefinit - Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża)
2010/C 288/128
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Kate Armitage-Wilson (La Haye, il-Pajjizi Baxxi) [rappreżentant: W. J. Dammingh, avukat]
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) [rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati]
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li jiġi offrut lilha impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas- 7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija rrifjuta li joffri kuntratt għal perijodu indefinit lil K. Armitage-Wilson hija annullata.
(2)
L-Europol huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 167, 18.07.09 p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy