9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/33
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2010 — Fries Guggenheim vs Cedefop
(Kawża F-47/09) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal - Is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal - Funzjoni ta’ rapprażentanza tal-persunal - Dmir ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza)
2010/C 274/50
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Éric Mathias Fries Guggenheim (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenut: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tas-CEDEFOP li ma jġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent inkwantu membru tal-persunal temporanju u, fin-nuqqas tar-reintegrazzjoni tiegħu, il-kundanna tal-konvenut sabiex jagħtih kumpens għad-dannu morali subit.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
E. Fries Guggenheim huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 153, 04.07.2009, p. 52.
Full & Egal Universal Law Academy