6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/39
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 — Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-50/09) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Regola ta’ konkordanza bejn it-talba, l-ilment u r-rikors fil-qasam tad-danni - Natura kontradittorja tal-proċedura - Użu minn qorti ta’ dokument kunfidenzjali, ikklassifikat bħala “Restreint UE” - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet - Responsabbiltà bbażata fuq nuqqas - Rabta kawżali - Pluralità ta’ kawżi tad-dannu - Għemil ta’ terz - Responsabbiltà indipendenti minn nuqqas - Dmir ta’ assistenza - Obbligu ta’ istituzzjoni li tiżgura l-protezzjoni tal-persunal tagħha - Qtil ta’ uffiċjal u tal-mara tiegħu minn terz - Telf tal-possibbilità ta’ sopravvivenza)
2011/C 232/66
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Livio Missir Mamachi di Lusignano (Kerkhove-Avelgem, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Di Gianni, R. Antonini u N. Sibona, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro, B. Eggers u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tħallas somma bħala kumpens għad-danni morali u materjali subiti mir-rikorrenti minħabba l-qtil tat-tifel tiegħu, ex uffiċjal.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Is-siltiet mid-dokument tal-2006 dwar ir-regoli u l-kriterji ta’ sigurtà, ikkomunikati mill-Kummissjoni Ewropea lit-Tribunal fil-mori tal-kawża, ser jiġu rrinvijati mingħajr dewmien lill-Kummissjoni Ewropea taħt forma kunfidenzjali bl-indikazzjoni “classifié Restreint UE”.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 167, 18.07.2009, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy