28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/57
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Mejju 2010 — Maxwell vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/09) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Kollokament fl-interess tas-servizz - Leave għal raġunijiet personali - Spejjeż ta’ akkomodazzjoni u ta’ edukazzjoni - Rikors għad-danni - Responsabbiltà għal ħtija - Arrikkiment indebitu)
2010/C 234/105
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Allan Maxwell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrent waqt il-perijodu ta’ leave għal raġunijiet personali meħud sabiex iwettaq il-funzjoni ta’ “EU Senior Advisor” fl-Organizzazzjoni tal-iżvilupp tal-enerġija Koreana, dannu kkawżat min-nuqqas ta’ rimbors ta’ spejjeż ta’ akkomodazzjoni u ta’ edukazzjoni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ A. Maxwell huwa miċħud.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 180, 01.08.2009, p. 64.
Full & Egal Universal Law Academy