30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/27
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011 — De Nicola vs Bank Ewropew tal-Investiment
(Kawża F-59/09) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Bank Ewropew tal-Investiment - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Ammissibbiltà - Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda - Direttiva interna - Rappreżentant tal-persunal - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża)
2011/C 130/54
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: C. Gómez de la Cruz, T. Gilliams u F. Martin, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tal-promozzjonijiet deċiżi fid-29 ta’ April 2008 li ma jinkludux l-isem tar-rikorrent, kif ukoll l-evalwazzjoni tar-rikorrent għall-2007. Min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell li jibqa’ aditu sabiex jiddeċiedi minkejja talba ta’ rikuża. Fl-aħħar nett, l-istabbiliment tal-fatt li r-rikorrent huwa vittma ta’ fastidju psikoloġiku kif ukoll il-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf l-attività tiegħu ta’ fastidju u jħallas għad-danni morali u materjali.
Dispożittiv
(1)
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni 2007 u d-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ promozzjoni ta’ C. De Nicola huma annullati.
(2)
Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.
(3)
C. De Nicola u l-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 205, 29.08.09, p. 49.
Full & Egal Universal Law Academy