18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/60
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2010 — Gerhard Birkhoff vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-60/09) (1)
(Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowance tal-familja - Allowance għal wild dipendenti - Wild milqut minn marda ta’ natura gravi jew minn diżabbiltà li timpedih milli jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu - Talba għall-proroga tal-ħlas tal-allowance - Artikolu 2(5) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dħul massimu tal-wild bħala kundizzjoni għall-proroga tal-ħlas tal-allowance - Spejjeż deduċibbli mid-dħul imsemmi)
2010/C 346/119
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Gerhard Birkhoff (Weitnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża li tinkiseb proroga tal-ħlas tal-allowance għat-tfal dipendenti skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
G. Birkhoff huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 205, 29/08/2009, p. 50.
Full & Egal Universal Law Academy