29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/60
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Novembru 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-65/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-mard - Marda serja - Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-kriterji stabbiliti mill-kunsill mediku - Ċaħda tat-talbiet għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi)
2011/C 30/114
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad rimbors għal 100 % tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009, p. 43.
Full & Egal Universal Law Academy