29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/60
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2010 — Gowitzke vs Europol
(Kawża F-74/09) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Artikolu 4 tal-politika ta’ determinazzjoni tal-gradi u tal-iskali tal-persunal tal-Europol - Evalwazzjoni mill-ġdid ta’ pożizzjoni fi grad ogħla - Klassifikazzjoni fil-grad)
2011/C 30/115
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Werner Siegfried Gowitzke (Den Haag, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: D. C. Coppens, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol tal-5 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tiġi emendata l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad 5, skala 1.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009, p. 85.
Full & Egal Universal Law Academy