26.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/13
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2011 — AH vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-76/09) (1)
(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Artikoli 72 u 76a tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni - Stat ta’ dipendenza - Konjuġi superstiti ta’ uffiċjal irtirat - Ċaħda tat-talba għall-teħid tar-responsabbiltà sħiħa tal-ispejjeż ta’ preżenza ta’ infermiera u tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja - Rikors tardiv - Inammissibbiltà)
2011/C 95/19
Lingwa tal-kawża:L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AH (Wavre, il-Belġju) (rappreżentant: J. Temple Lang, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn rimbors sħiħ tal-ispejjeż li saru għat-trattament tal-marda tagħha.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
AH għandha tbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 297, 5.12.2009, p. 36.
Full & Egal Universal Law Academy