19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/36
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Jannar 2011 — Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża F-77/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sistema dixxiplinari - Proċedura dixxiplinari - Artikolu 22a u Artikolu 22b tar-Regolamenti tal-Persunal - Imparzjalità - Terminu raġonevoli)
2011/C 55/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bart Nijs (Bridel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. T. Kennedy u J.-M. Stenier, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-kumitat ad hoc tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea tal-15 ta’ Jannar 2009 li biha r-rikorent tneħħa mill-kariga li kien jokkupa, mingħajr ma kien hemm tnaqqis fil-pensjoni tiegħu, b’effett mill-1 ta’ Frar 2009.
Dispożittiv tas-sentenza
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
B. Nijs għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tal-Qorti tal-Awdituri.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009, p. 65.
Full & Egal Universal Law Academy