26.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/13
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Frar 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-81/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance ta’ invalidità - Żball fil-kalkolu - Ħlas tal-arretrati - Interessi moratorji dovuti - Rata applikabbli - Kapitalizzazzjoni annwali - Dannu materjali u morali)
2011/C 95/20
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li parzjalment ċaħdet it-talba tar-rikorrent intiża li jikseb interessi moratorji fir-rigward tal-għoti tal-allowance ta’ invalidità mogħtija lilu.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart mill-ispejjeż ta’ L. Marcuccio.
(3)
L. Marcuccio għandu jbati tliet kwarti mill-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 312, 19.12.09, p. 44
Full & Egal Universal Law Academy