29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/62
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2010 — Gagalis vs Il-Kunsill
(Kawża F-89/09) (1)
(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Inċident fuq il-post tax-xogħol - Invalidità permanenti parzjali - Deċiżjoni li jitħallsu sa 75 % tal-ispejjeż ta’ kura termika - Rimbors ta’ servizzi mediċi skont l-Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal u rimbors addizzjonali skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Esklużjoni tal-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni - Rifjut ta’ rimbors addizzjonali - Interpretazzjoni tal-Artikolu 73(3) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 9 tar-Regoli Komuni dwar l-assigurazzjoni kontra r-riskju ta’ inċident u ta’ mard minn fuq il-post tax-xogħol)
2011/C 30/119
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Spyridon Gagalis (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Lhoëst, avukat, sussegwentent minn N. Lhoëst u L. Delhaye, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)
Suġġett
Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tirrifjuta lir-rikorrent ir-rimbors sa 75 % tal-ispejjeż kollha marbuta ma’ kura termika, skont l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
S. Gagalis għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009, p. 45.
Full & Egal Universal Law Academy