28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/28
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Canga Fano vs Il-Kunsill
(Kawża F-104/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Deċiżjoni li ma tingħatax promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)
2011/C 160/42
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Diego Canga Fano (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
D. Canga Fano għandu jbati l-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010, p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy