27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/51
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ April 2011 — Scheefer vs Il-Parlament
(Kawża F-105/09) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Riklassifikazzjoni tal-kuntratt għal żmien determinat għal kuntratt għal żmien indeterminat - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg)
2011/C 252/110
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Séverine Scheefer (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. Adam u P. Ketter, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment R. Ignătescu u L. Chrétien, sussegwentement R. Ignătescu u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jirrifjutaw ir-riklassifikazzjoni tal-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti f’kuntratt għal żmien indeterminat skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, kif ukoll għall-kumpens tad-dannu mġarrab mir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Id-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-12 ta’ Frar 2009 fejn is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew informa lil S. Scheefer, minn naħa, li l-ebda soluzzjoni ġuridikament aċċettabbli li biha hija tkun tista tkompli bl-attività tagħha fl-uffiċċju mediku fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu) ma setgħet tinstab u, min-naħa l-oħra, li l-kuntratt tagħha bħala membru tal-persunal temporanju kien ser jintemm fil-31 ta’ Marzu 2009, hija annullata.
(2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat li jħallas lil S. Scheefer id-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tal-kumpens li hija kienet tkun intitolata għalih li kieku baqgħet impjegata fi ħdanu, u, min-naħa l-oħra, l-ammont ta’ kumpens, ta’ onorarji, ta’ kumpens tal-qgħad jew ta’ kull kumpens alternattiv ieħor li hija fil-fatt irċeviet mill-1 ta’ April 2009, li tissostitwixxi r-remunerazzjoni li hija rċeviet bħala membru tal-persunal temporanju.
(3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(4)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ S. Scheefer.
(1) ĠU C 37, 13.02.2010, p. 52.
Full & Egal Universal Law Academy