30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/79
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Meister vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
(Kawża F-17/09) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għal annullament - Referenza għall-punti ta’ promozzjoni akkumulati preċedentament - Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju - Rikors għad-danni - Dannu li ma jistax jiġi stimat - Inamissibbiltà manifesta”)
2010/C 24/149
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Herbert E. Meister (Muchamiel, Spanja) (rappreżentant: H.-J. Zimmermann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: I. de Medrano Caballero, aġent, assistit minn D. Waelbroeck, avukat)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent dwar in-natura difettuża u inkorretta tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-2008 u l-kisba ta’ kumpens għad-danni materjali allegatament imġarrba.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ H.-E. Meister huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli
(2)
H.-E. Meister għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).
(1) ĠU C 113, 16.05.2009, p. 46
Full & Egal Universal Law Academy