30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/79
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Settembru 2009 — Labate vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-64/09)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà Soċjali - Assigurazzjoni kontra r-riskji ta’ inċidenti u mard fuq ix-xogħol - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Nuqqas ta’ kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Rinviju għal Qorti tal-Prim’Istanza)
2010/C 24/151
Lingwa tal-kawża: Il-ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kay Labate (Tarquinia, l-Italja) (rappreżentant: I. Forrester, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Talba sabiex tiġi kkonstatata l-illegalità tan-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni tal-Kummissjoni, li naqset li tiddeċiedi dwar it-talba tar-rikorrenti intiża għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda li biha miet il-konjuġi tagħha.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors irreġistrat bir-Referenza F-64/09, Labate vs Il-Kummissjoni huwa rrinvijat lill-Qorti tal-Prim’Istanza.
(2)
L-ispejjeż tal-istanza huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy