28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/58
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-78/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Rimbors tal-ispejjeż - Eċċezzjoni ta’ rimedju parallel - Inammissibbiltà manifesta)
2010/C 234/106
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jikseb ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minnu fil-Kawża T-18/04 u li għalihom il-konvenuta kienet ġiet ikkundannata tħallas permezz tas-sentenza tal-10 ta’ Ġunju 2008. Min-naħa l-oħra, talba ta’ kumpens għad-dannu subit.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors ta’ L. Marcuccio huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009, p. 43
Full & Egal Universal Law Academy