23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/72
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2010 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-91/09) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Terminu raġjonevoli għall-preżentata ta’ talba għad-danni - Dewmien)
2010/C 288/135
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Iċ-ċaħda min-naħa tal-Kummissjoni tat-talba tar-rikorrent intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba ittra li biha l-konvenuta kienet talbet lil tabib jipproċedi b’eżami mediku ta’ kontroll, sabiex jiġi evalwat jekk ir-rikorrent kienx effettivament kapaċi jaħdem.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud parzjalment bħala manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat.
(2)
L. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.
(1) ĠU C 11, 16.01.2010, p. 41.
Full & Egal Universal Law Academy