23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/72
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2010 — Allen et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-103/09) (1)
(Servizz Pubbliku - Persunal impjegat fil-kuntest tal-proġett JET - Rikors għad-danni - Terminu raġjonevoli - Dewmien)
2010/C 288/136
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: John Allen (Horspath, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Lasok, QC, I. Hutton u B. Lask, barristers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu sostnut mir-rikorrenti minħabba l-fatt li l-konvenuta ma impjegatx lir-rikorrenti bħala membri tal-persunal temporanju tal-Komunitajiet waqt iż-żmien li fih huma kienu impjegati mal-impriża konġunta JET.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
J. Allen u l-110 rikorrent li isimhom huwa mniżżel fil-lista tar-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 37, 12.2.2010 p. 51.
Full & Egal Universal Law Academy