21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/54
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-4/09)
(2009/C 69/120)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jorge De Britto Patricio-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunatijet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' assenjazzjoni mill-ġdid tar-rikorrent għall-unità TRN.B.3
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-11 ta' April 2008 u tal-21 ta' Ottubru 2008;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy