10.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 244/16
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Apostolov vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-8/09)
2009/C 244/26
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Svetoslav Apostolov (Saarwellingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Schneider-Addaeh-Mensah, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent li jikkontesta d-deċiżjoni li jiġi eskluż mill-kompetizzjoni miftuħa EPSO/CAST27/4/07.
Talbiet tar-rikorrent
Ir-rikorrent isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu:
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Ottubru 2008;
—
jobbliga lill-Kummissjoni Ewropea u lid-dipartimenti speċjalizzati tagħha, partikolarment l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal (EPSO), sabiex iqis r-risposti mogħtija mir-rikorrent għall-mistoqsijiet 9, 30 u 32 tat-test ta’ kompenza tal-14.12.2007 bħala korretti;
—
sussidjarjament, tippermetti lir-rikorrent jerġa’ jagħmel it-test ta’ kompetenza;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy