4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/37
Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2009 — Moschonaki vs Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol
(Kawża F-10/09)
(2009/C 82/66)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chrysanthe Moschonaki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, it-talba għal annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar fastidju kontra l-kap tar-riżorsi umani u, min-naħa l-oħra, it-talba li l-konvenuta tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti kumpens għad-danni mġarrba
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Fondazzjoni tad-29 ta' Frar 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar fastidju kontra l-kap tar-riżorsi umani;
—
safejn meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Fondazzjoni tal-24 ta' Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti skont l-Artikolu 90(2) tas-27 ta' Ġunju 2008;
—
jikkundanna lill-Fondazzjoni sabiex tħallas lir-rikorrenti kumpens stmat provviżorjament għal EUR 100 000;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy