18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/40
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2009 – Peláez Jimeno vs Il-Parlament
(Kawża F-13/09)
2009/C 90/65
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Josefina Peláez Jimeno (Relegem – Asse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikklassifika lir-rikorrenti bħala uffiċjal taħt perijodu ta’ prova fi grad u skala inferjuri minn dawk li hija kellha bħala membru tal-persunal temporanju.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Jannulla id-deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-8 ta’ Frar 2008 li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet ikklassifikata fil-kategorija l-ġdida “AST” grad 1, skala 5, bħala uffiċjal taħt perijodu ta’ prova, u kkonfermata mid-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Novembru 2008;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy