16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/46
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2009 — Lopez Sanchez vs Il-Kunsill
(Kawża F-19/09)
2009/C 113/97
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Carolina Lopez Sanchez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 3 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnha li jiġu promossi.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-grad AST 3 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad, uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnha li jiġu promossi;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy