16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/46
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2009 — Juvyns vs Il-Kunsill
(Kawża F-20/09)
2009/C 113/98
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marc Juvyns (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avocats)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jippromwovu għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnu li jiġu promossi.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn meħtieġ, tad-deċiżjonijiet li jiġu promossi għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas minnu li jiġu promossi;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy