16.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/47
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2009 — De Benedetti-Dagnoni vs Il-Kunsill
(Kawża F-21/09)
2009/C 113/99
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Rosangela De Benedetti-Dagnoni (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjonijiet li ppromwovew għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AST 7 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjonijiet li ppromwovew għal dan il-grad uffiċjali li kien jistħoqqilhom inqas;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy