18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/25
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Ingo Hanschmann vs Europol
(Kawża F-27/09)
2009/C 167/46
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Ingo Hanschmann (l-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent li ma kellu ebda possibbiltà li jiġi offrut impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax jipproponilu impjieg permanenti kif ukoll id-deċiżjoni mogħtija fir-rigward ta’ ilment fis-7 ta’ Jannar 2009 li qalet li l-oġġezzjonijiet tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 kienu infondati.
—
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy