6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/22
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2009 — Noël vs Il-Kunsill
(Kawża F-31/09)
2009/C 129/38
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Isabelle Noël (Rosières-Saint-André, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li taħtar lir-rikorrenti uffiċjal taħt prova safejn din id-deċiżjoni taffetwaha matul il-karriera AST 1-7.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Novembru 2006 li taħtar lir-rikorrenti uffiċjal safejn din taffetwaha matul il-karriera AST 1-7;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy