18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/25
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Sluiter vs Europol
(Kawża F-34/09)
2009/C 167/48
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Rudolf Sluiter (Hillegom, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett
L-annulament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent bl-impossibbiltà li jiġi offrut impjieg permanenti, kif ikoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li ċaħdet l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li biha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax joffrilu impjieg permanenti kif ukoll tad-deċiżjoni mogħtija fuq ilment tas-7 ta’ Jannar 2009 li kkunsidrat infondati l-ilmenti li r-rikorrent ressaq kontra d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008;
—
jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy