4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/51
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2009 — Časta vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-40/09)
2009/C 153/99
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Radek Časta (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Tahotná, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrent ma jitħalliex jieħu sehem fl-eżamijiet orali tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/107/07- LAW minħabba li ma ssodisfax il-kundizzjoni ta’ 3 snin esperjenza miksuba fil-funzjoni ta’ tmexxija f’livell għoli. Min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra Nru R/45715/08 tat-22 ta’ Diċembru 2008;
—
Tikkundanna lil-konvenuta tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 20 000 flimkien mal-interessi għad-dewmien li jiddekorru mid-9 ta’ Ġunju 2008 sa 15-il ġurnata wara li s-sentenza ssir res judicata, bħala kumpens għad-dannu materjali u morali;
—
Tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy