18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/27
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Wendler vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-49/09)
2009/C 167/54
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Eberhard Wendler (Laveno Mombellom, l-Italja) (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
L-annullament tal-obbligu impost fuq ir-rikorrent mill-konvenuta li jindika kont bankarju fil-post ta’ residenza tiegħu fl-Italja għall-finijiet tal-ħlas tal-pensjoni tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-konvenuta fid-9 ta’ Settembru 2008, fil-forma ta’ ċaħda tal-ilment magħmul mir-rikorrent fid-19 ta’ Frar 2008, li tipprovdi li dan tal-aħħar għandu jindika kont bankarju fil-post ta’ residenza tiegħu għall-finijiiet tal-ħlas tal-pensjoni tiegħu.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy