18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/27
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-50/09)
2009/C 167/55
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Livio Missir Mamachi di Lusignano (Kerkhove-Avelgem, il-Belgju) (rappreżentanti: F. Di Gianni, R. Antonini, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-kumpens għad-danni morali u materjali li jirriżultaw mill-qtil ta’ uffiċjal tal-Kummissjoni u tal-mara tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-3 ta’ Frar 2009, li tiċħad l-ilment Nru R/406/08 rigward talba għall-kumpens għad-danni morali u materjali li jirriżultaw mill-qtil ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano u tal-mara tiegħu, li sar fit-18 ta’ Settembru 2006 f’Rabat, il-Marokk, fejn huwa kien jinsab minħabba raġunijiet ta’ servizz;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, favur l-eredi u l-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, tas-somma ta’ EUR 2 552 837,96 li tikkorrispondi għal 26 sena ta’ ħlas tal-paga tal-uffiċjal maqtul, li għandha terġa’ tiġi vvalutata skont il-prospetti tal-karriera tal-uffiċjal (kemm fir-rigward ta’ ħlas awtomatiku kif ukoll għal promozzjonijiet possibbli fil-grad), bħala kumpens għad-dannu patrimonjali;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, favur l-eredi leġittimi u l-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, tas-somma ta’ EUR 250 000,00, bħala kumpens għad-dannu mhux patrimonjali li sofra l-vittma qabel ma miet;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, favur l-eredi leġittimi u l-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, tas-somma ta’ EUR 1 276 512,00, bħala kumpens għad-dannu mhux patrimonjali li sofrew fil-kwalità ta’ ulied il-vittma u xhieda tal-qtil traġiku tiegħu;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas, favur Livio Missir Mamachi di Lusignano, tas-somma ta’ EUR 212 752,00 bħala kumpens għad-dannu mhux patrimonjali mġarrab minnu bħala missier il-vittma;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi kumpensatorji u tal-interessi moratorji li sadanittant ikunu laħqu mmaturaw;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy