1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/64
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Maxwell vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/09)
2009/C 180/120
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Allan Maxwell (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
It-talba għall-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrent waqt il-perijodu ta’ leave għal raġunijiet personali meħud sabiex iwettaq il-funzjoni ta’ “EU Senior Advisor” fl-Organizzazzjoni tal-iżvilupp tal-enerġija Koreana (il-“KEDO”), dannu kkawżat minn nuqqas ta’ rimbors ta’ spejjeż ta’ akkomodazzjoni u taħriġ.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-2 ta’ Settembru 2008 li tiċħad it-talba għal kumpens tar-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent EUR 132 900 bħala rimbors ta’ spejjeż ta’ akkomodazzjoni u taħriġ li huwa sostna fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu bħala EU Senior Advisor mal-KEDO;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy