7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/84
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2009 — Sukup vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-73/09)
2009/C 267/153
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Viktor Sukup (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: Stéphane Rodriguez u Christophe Bernard-Glanz, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet individwali” tal-Kummissjoni Ewropea li ma tagħtix lir-rikorrent la l-allowance għat-tfal dipendenti u lanqas l-allowance għall-edukazzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni meħuda fit-22 ta’ Jannar 2009 mill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrent u, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni meħuda fid-29 ta’ Mejju 2009 mill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tiegħu;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy