21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/66
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2009 — Schlienger vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-79/09)
2009/C 282/126
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marc Schlienger (Muchamiel, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta’ Diċembru 2008, li waslet fis-16 ta’ Jannar 2009, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għar-rikonoxximent bħala marda minn fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-kundizzjoni li jbati minnha u, min-naħa l-oħra, sa fejn hu meħtieġ talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent.
Talba ta’ EUR 12 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta’ Diċembru 2008, li waslet fis-16 ta’ Jannar 2009, li tiċħad it-talba tiegħu għar-rikonoxximent bħala marda minn fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-kundizzjoni li jbati minnha;
—
Sa fejn hu meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2009 li tiċħad l-ilment;
—
Tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 12 000 bħala kumpens għad-danni morali;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy