5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/37
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2009 — Nolin vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-82/09)
2009/C 297/57
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Michel Nolin (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-19 ta’ Diċembru 2008 fir-rigward tal-abolizzjoni tal-punti ta’ promozzjoni u ta’ prijorità tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ Admin tad-19 ta’ Diċembru 2008;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 000 bħala danni, sabiex tikkumpensa għad-dannu morali subit minħabba l-aġir dannuż u vessatorju tagħha u l-vjolazzjoni ta’ prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi li wassal għall-ksur tad-dritt tiegħu għal rikors effettiv;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy