30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/80
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2009 — Kalmár vs Europol
(Kawża F-83/09)
2010/C 24/152
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Andreas Kalmár (La Haye, il-Pajjiżi Baxxi)(rappreżentant: D. Coppens, avukat)
Konvenuta: Europol
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Europol tal-4 u tal-24 ta’ Frar 2009 li jikkonċernaw it-tkeċċija tar-rikorrent mill-4 ta’ Mejju 2009 u s-sospensjoni tiegħu, rispettivament. Barra minn hekk, it-talba tar-rikorrent għar-riintegrazzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol u sabiex jiġi kkumpensat għad-danni materjali u morali subiti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjonijiet inizjali tal-Europol tal-4 u tal-24 ta’ Frar 2009, kif ukoll id-deċiżjoni, tat-18 ta’ Lulju 2009, mogħtija fuq l-ilment u tordna lill-Europol tippermetti lil A. Kalmár jerġa’ jibda xogħlu;
—
tikkundanna lill-Europol tħallas is-salarju kkalkulat mid-data ta’ meta l-kuntratt ġie indebitament mitmum sad-data ta’ meta l-kuntratt għandu jintemm b’mod validu;
—
tikkundanna lill-Europol għall-ħlas ta’ EUR 25 000 bħala danni morali;
—
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy