19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/45
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2009 — Rossi Ferreras vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-85/09)
2009/C 312/74
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Francisco Rossi Ferreras (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla r-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy