30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/80
Rikors ippreżentat fl-21 ta’ Ottubru 2009 — Dekker vs Europol
(Kawża F-87/09)
2010/C 24/153
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Abraham Dekker (Dordrecht, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Dane u P. de Casparis, avukati)
Konvenut: Europol
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol tal-15 ta’ April 2009, li tiċħad li tiggarantixxi l-ammont ta’ pensjoni ta’ invalidità mogħtija lir-rikorrent (bħala kumpens tad-dħul ieħor tiegħu) ugwali għal dħul nett ta’ 90 % tal-aħħar paga bażika, u li tiċħad li tikkumpensa l-varjazzjonijiet negattivi fid-dħul totali nett tar-rikorrent dovuti għal bidla fiskali.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ April 2009, li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrent li mhuwiex obbligat jiggarantixxi dħul nett ugwali għal 90 % tal-aħħar paga bażika tal-membru tal-persunal u li mhuwiex obbligat jikkumpensa d-dannu finanzjarju subit jekk tinżamm it-tassazzjoni tal-awtoritajiet fiskali Olandiżi;
—
tannulla d-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2009 dwar l-ilment, li ddikjarat bħala infondati l-ilmenti mressqa mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-15 ta’ April 2009;
—
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy