30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/81
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2009 — Skareby vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-95/09)
2010/C 24/155
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Carina Skareby (Leuven, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li ssir investigazzjoni amministrattiva sabiex jiġi stabbilit il-fastidju psikoloġiku allegatment subit minnha.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors tagħha ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Marzu 2009, u sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy