30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/81
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2009 — Taillard vs Il-Parlament
(Kawża F-97/09)
2010/C 24/156
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Christine Taillard (Thionville, Franza) (rappreżentanti: N. Camboine u C. Lelievre, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tad-deċizjoni li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddikjara bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jiddikjara l-inkapaċità għax-xogħol tar-rikorrenti u d-deċiżjoni konsegwenti ta’ tnaqqis ta’ jiem ta’ leave. Min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-dannu subit mir-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2009 li tiddikjara bħala inammissibbli ċertifikat mediku li jiddikjara l-inkapaċità għax-xogħol u d-deċiżjoni konsegwenti ta’ tnaqqis ta’ jiem ta’ leave u, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni konfermatorja tal-14 ta’ Awwissu 2009;
—
tiddikjara lill-Parlament Ewropew responsabbli għad-dannu subit mir-rikorrenti, u għaldaqstant jalloka favur ir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 12 000 bħala kumpens għad-danni jew kwalunkwe somma ikbar li għandha tiġi stabbilita mill-Qorti tal-Prim’Istanza;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy