30.1.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 24/82
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2009 — Whitehead vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża F-98/09)
2010/C 24/157
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sarah Whitehead (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-8 ta’ Jannar 2009 li tagħti lir-rikorrenti żieda fis-salarju ta’ żewġ punti għall-iskop tal-Annual Salary and Bonus Review (iktar ’il quddiem l-“ASBR”) (Ir-reviżjoni annwali tas-salarji u l-bonusijiet) għas-sena 2008, li rċiviet fil-15 ta’ Jannar 2009, kif ukoll kontra d-dikjarazzjoni tas-salarju tal-15 ta’ Jannar 2009 li timplementa din id-deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
Ir-rikorrenti titlob lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tat-8 ta’ Jannar 2009, dwar l-ASBR 2008 tar-rikorrenti, innotifikata lilha fit-13 jew l-14 ta’ Jannar 2009 (matul l-assenza tagħha);
—
jannulla d-dikjarazzjoni tas-salarju tar-rikorrenti, tal-15 ta’ Jannar 2009, li timplementa din id-deċiżjoni;
—
konsegwentement, jordna l-ħlas tal-ammont tas-salarju tagħha li jirrappreżenta d-differenza bejn l-ASBR 2008 ikkontestat u l-ASBR li suppost kellu jingħatalha, mill-15 ta’ Jannar 2009 sa meta jsir il-ħlas kollu flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ekwivalenti għall-marġni tar-rata tas-self tal-Bank Ċentrali Ewropew, matul il-perijodu li japplika awtomatikament b’żieda ta’ tliet punti perċentwali;
—
fil-każ li l-organizzazzjioni ta’ proċedura ta’ ASBR 2008 ġdida titqies li tinvolvi diffikultajiet eċċessivi, jordna l-għoti tal-ekwivalenti ta’ 3 punti tas-salarju bħala kumpens għad-dannu materjali;
—
fi kwalunkwe każ, jordna l-kumpens għad-dannu morali subit, li huwa valutat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 10 000;
—
jordna lill-Bank Ċentrali Ewropew iħallas l-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy