5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ April 2010 — Schunk vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ parti ta’ ċokk ta’ torn)
(Kawża T-7/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta parti ta’ ċokk ta’ torn bi tliet gruvijiet - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikoli 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 7(1)(b) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)
2010/C 148/52
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schunk GmbH & Co. KG Spann- und Greiftechnik (Lauffen am Neckar, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Koppe-Zagouras, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 1109/2007-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal li jirrappreżenta parti ta’ ċokk ta’ torn bi tliet gruvijiet bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Schunk GmbH & Co. KG Spann- und Greiftechnik hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009.
Full & Egal Universal Law Academy