1.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 373/4
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2012 — Vanhecke vs Il-Parlament
(Kawża T-14/09) (1)
(Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament - Tneħħija tal-immunità - Rikors għal annullament - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 373/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Frank Vanhecke (Brugge, il-Belġju) (rappreżentanti: R. Tournicourt, B. Siffert u S. Lippens, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment H. Krück, A. Baas u E. Waldherr, sussegwentement H. Krück, E. Waldherr u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Novembru 2008 li tipprovdi għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tar-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 69, 21.03.2009
Full & Egal Universal Law Academy