25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-17/09) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi tal-informatika għal sistema ta’ skambju elettroniku ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali (sistema EESSI) fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għall-persuni mobbli fl-Ewropa - Rifjut ta’ offerta tal-offerent - Għoti ta’ kuntratt - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza - Trattament ugwali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)
2012/C 258/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, inizjalment W. Sparks, solicitor, sussegwentement E. Petritsi, avukat, u fl-aħħar O. Graber-Soudry, solicitor)
Suġġett
Min-naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-ċaħda tal-offerta mressqa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti VT/2008/019 — EMPL EESSI, dwar il-provvista ta’ prodotti u servizzi tal-informatika fil-qafas tas-sistema EESSI (ĠU 2008/S 111-148 213), kif ukoll tad-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy