23.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 219/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni vs Marcuccio
(Kawża T-20/09 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni ta’ invalidità - Rikors iddikjarat parzjalment fondat fl-ewwel istanza minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata - Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Irtirar minħabba invalidità - Kumitat ta’ invalidità)
2011/C 219/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Appellat: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-41/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-41/06), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta’ Mejju 2005, dwar l-irtirar ta’ L. Marcuccio minħabba invalidità u dwar l-għoti lilu ta’ allowance ta’ invalidità, sa fejn ikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lil L. Marcuccio l-ammont ta’ EUR 3 000 u sa fejn huwa qassam l-ispejjeż skont l-annullament u l-kundanna msemmija (punti 1, 2, 4 u 5 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza).
(2)
Il-kawża hija rrinvijata lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 55, 7.3.2009.
Full & Egal Universal Law Academy