19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2011 — Park vs UASI — Bae (PINE TREE)
(Kawża T-28/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva PINE TREE - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 50(1)(a) u Artikolu 55(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 51(1)(a) u l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))
2011/C 55/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mo-Hwa Park (Hillscheid, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lee, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chong-Yun Bae (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A.-K. Warnecke u C. Donle, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1882/2007-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn MO-Hwa Park u Chong-Yun Bae.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud
(2)
MO-Hwa Park huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 82, 04.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy