28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2010 — Engelhorn vs UASI — The Outdoor Group (peerstorm)
(Kawża T-30/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali peerstorm - Trade marks Komunitarja u nazzjonali verbali preċedenti PETER STORM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Użu ġenwin mit trade marks preċedenti - Artikoli 15 u 43(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 15 u 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009))
2010/C 234/61
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Engelhorn KGaA (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Göpfert u K. Mende, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Outdoor Group Ltd (Northampton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 167/2008-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Outdoor Group Ltd u Engelhorn KGaA.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Engelhorn KGaA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ The Outdoor Group Ltd.
(1) ĠU C 82, 4.04.2009.
Full & Egal Universal Law Academy