1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2010 — Baid vs UASI (LE GOMMAGE DES FACADES)
(Kawża T-31/09) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali LE GOMMAGE DES FACADES - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”)
2010/C 113/70
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Baid SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Grasset, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ottubru 2008 (Każ R 963/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LE GOMMAGE DES FACADES bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Baid SARL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 69, 21.3.2009.
Full & Egal Universal Law Academy